Kompetizzjoni għall-Iskejjel: Ir-Rebbieħa fi Brussell
It-28 tim rebbieħ tal-Kompetizzjoni għall-Iskejjel 50 Sena Flimkien fid-Diversità kienu fi Brussell mill-21 ta’ Marzu sat-23 ta’ Marzu 2008. Il-Mużew ta’ l-Ewropa offra programm li kien jinkludi żjarat għall-eżibizzjoni "Din Hi l-Istorja Tagħna" u Mini-Europe, kif ukoll mawra ma’ Brussell. It-timijiet ta’ l-istudenti u l-għalliema koordinaturi tagħhom ġew akkomodati f’ħostels għaż-żgħażagħ. Huma kellhom ukoll l-opportunità li jżuru Brussell u l-attrazzjonijiet tagħha għal rashom. Il-Mużew ta’ l-Ewropa sponsorja l-vjaġġ għall-Brussell u l-istaff tiegħu assista lill-gruppi qabel u matul iż-żjara. Is-Sibt 22 ta’ Marzu 2008, ir-rebbieħa inġabru f’Tour & Taxi, il-post fejn ġiet organizzata l-eżibizzjoni “Din Hi l-Istorja Tagħna” mill-Mużew ta’ l-Ewropa. F’isem l-awtoritajiet Belġjani, Mr. Freddy Thielemans, is-sindku ta’ Brussell, ta merħba lill-mistiedna kollha. Il-Mużew ta’ l-Ewropa offra tliet premjijiet għall-aqwa tliet kompożizzjonijiet viżivi, kif ġej:
F’isem l-Uffiċċju ta’ European Schoolnet, Petru Dumitru, il-koordinatur tal-kompetizzjoni ppreżenta ħarsa ġenerali tal-kompetizzjoni u introduċa wkoll il-kampanja tar-Rebbiegħa ta’ l-Ewropa 2008 lill-parteċipanti (preżentazzjoni PPT).
[Ritratt meħud mill-Mużew ta’ l-Ewropa] It-timijiet rebbieħa qasmu flimkien ikel u xorb tradizzjonali li ġabu magħhom mill-pajjiżi tagħhom. Huma ħassewhom parti minn familja Ewropea li ċċelebrat dak li huwa differenti u ħaddnet dak li huwa simili fil-kulturi tagħhom. Karl Piaty, għalliem Awstrijak li akkumpanja lit-tim rebbieħ tiegħu, qalilna: “Nirringrazzjaw lill-Mużew ta’ l-Ewropa u European Schoolnet talli laqgħuna fi Brussell f’dawn il-jiem. Il-vjaġġ kien opportunità biex inżuru l-kapitali ta’ l-Unjoni Ewropea. Hawnhekk qattajna mumenti li mhux se ninsewhom u l-istudenti tagħna ħadu ħafna pjaċir jiltaqgħu ma’ żgħażagħ ta’ mparhom minn Stati Membri oħra. Għadni kif sir naf li għal ħafna minn dawn l-istudenti dan huwa l-ewwel vjaġġ li qatt għamlu barra minn pajjiżhom”. Informazzjoni relatata
Informazzjoni ġenerali Il-kompetizzjoni għall-iskejjel “50 Sena Flimkien fid-Diversità” kienet organizzata minn European Schoolnet f’isem il-Mużew ta’ l-Ewropa. European Schoolnet (EUN) hija sħubija internazzjonali ta’ 28 ministeru ta’ l-Edukazzjoni fl-Ewropa, li tipprovdi portali ewlenin Ewropej għat-tagħlim u l-kollaborazzjoni bejn l-iskejjel. Il-Mużew ta’ l-Ewropa huwa assoċjazzjoni li ma taħdimx għall-profitt li hija ppresjeduta b’mod konġunt minn żewġ eks Ministri ta’ l-Istat Belġjani, Ms Antoinette Spaak u Mr. Karel Van Miert, li kien Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea. Mistoqsijiet dwar il-Kompetizzjoni għall-Iskejjel 50 Sena Flimkien fid-Diversità jistgħu jintbagħtu lil Petru Dumitru. |
Dan il-proġett huwa inizjattiva tal-Mużew ta' l-Ewropa, fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Ruma.



